Wednesday, January 7, 2026

Nhar il-Ħadd li ġej isir il-ftuħ uffiċjali tar-Reġjun tal-Kultura

Aqra wkoll

It-titlu Reġjun tal-Kultura huwa inizjattiva tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, li tiċċelebra l-ħajja kulturali tar-reġjuni u li tagħti ħajr, permezz ta’ programm kulturali ddedikat, lill-ħidma prezzjuża tal-komunitajiet diversi artistiċi u soċjali fil-lokalitajiet tagħna.

Fl-2026, minn fost is-6 reġjuni ta’ Malta, ikun imiss lir-Reġjun tal-Port li jġorr dan it-titlu prestiġjuż.

Għalhekk nhar il-ħadd li ġej se jsir il-ftuħ uffiċjali ta’ dan fejn se jkun hemm attività fil-qalba ta’ kull lokalità fir-Reġjun tal-Port.

Fost l-attivitajiet li se jkun hemm, il-baned ta’ kull lokalità se jkunu qegħdin jingħaqdu flimkien. L-organizzaturi jħeġġu lill-Għaqdiet, każini u anke residenzi privati biex min għandu arblu fuq il-bejt itella’ l-Bandiera Maltija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport