Wednesday, April 23, 2025

Nhar il-Ħadd se ssir il-Parata Annwali tal-Iscouts u l-Malta Girl Guides

Aqra wkoll

L-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, se tippresiedi l-Parata Annwali tal-iScouts u l-Malta Girl Guides nhar il-Ħadd, 27 ta’ April 2025. Hija ser tirċievi s-salut ta’ mijiet ta’ membri tal-Assoċjazzjonijiet tal-iScouts u l-Malta Girl Guides, fosthom Beavers u Dolphins, Cubs u Brownies, Guides u Scouts, Ventures u Rangers, Rovers u Senior Rangers, flimkien mal-Leaders u l-mascots tagħhom, hekk kif se jkunu qegħdin jimmarċjaw bl-uniformi tul Triq ir-Repubblika. 

L-Parata Annwali ta’ din is-sena se jitmexxa mid-distretti tat-Tramuntana tal-Assoċjazzjonijiet, li se jipparteċipaw ukoll fil-Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Kurja tal-Arċisqof fid-9:00 a.m. Warajhom se jkun hemm membri mill-iScout Fellowship, mid-Distrett tan-Nofsinhar, mid-Distrett Ċentrali u mid-Distrett ta’ Għawdex. L-Eċċelenza tagħha, l-President ser tkun qiegħda tirċievi is-salut fuq dais quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru fi Pjazza San Ġorġ. 

Arranġamenti tat-Traffiku u r-Rotta tal-Parata 

Triq Sarria se tkun magħluqa għat-traffiku mid-9.30 a.m hekk kif gruppi oħra tal-iScouts u Girl Guides jibdew jaslu l-Furjana biex jippreparaw għall-march off tal-10:45am. Il-parata se tgħaddi mill-junction tat-traffiku ta’ ħdejn il-Monument tal-Indipendenza, u tgħaddi minn quddiem illukanda Phoenicia. 

Imbagħad il-parata iddur fuq il-lemin permezz tar-rampa ta’ bejn il-ħawtiela biex tidħol f’Bieb il-Belt Valletta u timxi ‘l isfel minn Triq ir-Repubblika lejn il-Palazz Presidenzjali, fejn l-Eċċellenza Tagħha il-President tieħu s-salut. Malli jgħaddu minn Pjazza San Ġorġ, il-gruppi jduru fuq il-lemin fi Triq l-Arċisqof u mbagħad jduru għal Triq il-Merkanti. Il-parata tispiċċa quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u ż-żona qrib il-Kavallier ta’ San Ġakbu. 

L-Iskeda

 • 08:45 – Wasla tal-Gruppi li jattendu l-quddiesa. L-istess Gruppi jkunu bilqiegħda ġewwa l-Kurja tal-Arċisqof flimkien mal-Membri Parlamentari, VIPs, National Scout Council, Girl Guides Council u National Board, The Trefoil Guild u Scout Fellowship 

• 09:00 – Quddiesa ta’radd il-ħajr iċċelebrata mill-E.T. l-Isqof u ċ-Chaplain nazzjonali. 

• 09:30 – Triq Sarrija hija magħluqa għat-traffiku kollu u l-wasla tal-Gruppi Scout/Guide Units loħra kollha fil-Fosos tal-Furjana. Scouts/Guides jibdew jiffurmaw skont iż-żoni allokati. 

• 10:45 – March-off f’din l-ordni: Distrett tat-Tramuntana, Scout Fellowship, Distretti tanNofsinhar, Ċentrali u Għawdex. 

• 11:00 – l-Eċċellenza tagħha tieħu postha fuq id-dais fi Pjazza San Ġorġ biex tirċievi s-salut.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport