Friday, January 30, 2026

Nhar il-Ħadd se ssir quddiesa sabiex tiġi mfakkra l-memorja tat-tifla Pollakka Oliwia Wojnowska

Aqra wkoll

Il-komunità Pollakka f’Malta se tfakkar il-memorja tat-tifla ta’ 13-il sena li tilfet ħajjitha fiċ-Ċirkewwa, Oliwia Wojnowska permezz ta’ quddiesa li se ssir nhar il-Ħadd fil-kappella ta’ San Ġwann Bosco f’Tas-Sliema, fl-10:30am. 

Huwa mifhum li wara l-quddies, il-familjari tal-vittma u dawk kollha preżenti se jmorru fis-sit tat-traġedja fiċ-Ċirkewwa biex ipoġġu fjuri u xemgħat. Din iċ-ċerimonja mistennija tibda għall-ħabta tal-12:00 p.m., fejn fost l-oħrajn għaliha mistenni jattendi ir- Rappreżentanti tal-Ambaxxata Pollakka. 

Kien l-Erbgħa filgħodu, meta għaddasa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabu l-katavru, li imbagħad ttella’ mill-baħar sabiex jiġi kkonfermat mill-familja. Hi kienet tkaxkret il-baħar minn mewġa qawwija li laqtet il-moll fejn kienet qed tistenna flimkien mal-familja tagħha.

Għal jumejn sħaħ il-Protezzjoni Ċivili, l-armata, il-pulizija u entitajiet oħra wettqu tfittxija intensiva li nkludiet ħelikopters, laneċ, drones u għaddasa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport