Nhar is-Sibt li ġej, ikollna l-ewwel sinjali ta’ kesħa hekk kif it-temperatura mhux se togħla aktar minn 18°C filwaqt li l-inqas tkun dik ta’ 12°C.
Gordon Grech mis-sit Aġġornament tat-Temp jikteb li t-temp previst għal għada l-ġimgħa se jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant b’raxxa ta’ xita ħafifa. Riħ se jkun Forza 4 għal 5 mill-Punent.
Is-Sibt imbagħad it-temp mistenni jkun imsaħħab bix-xita (bil-mod u mhux moderata). Ir-riħ se jkun forza 5 mill-Punent il-Lbiċ li jdur Punent Forza 5 għal 6.
Nhar is-Sibt l-ogħla temperatura tkun 18°C u l-inqas tmiss it-12°C.
Il-Ħadd, il-ġurnata li fiha ħafna nies nistennew li jqattgħu aktar ħin mal-familja, u anke forsi issa jżejnu d-djar tagħhom għal Milied, it-temp se jkun ftit imsaħħab b’riħ Forza 6 mill-Majjistral. L-ogħla temperatura tkun dik ta’ 16°C u filwaqt li l-inqas 13°C.

