Thursday, December 26, 2024

“Nibqgħu nittamw li nistgħu nirbħu l-Iscudetto” – Simone Inzaghi (coach ta’ Inter)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

F’konferenza stampa li ġiet indirizzata lbieraħ filgħodu fl-MFCC f’Ta’ Qali tkellem il-coach ta’ Inter, Simone Inzaghi, li fost oħrajn faħħaar bis-sħiħ il-faċilitajiet offruti lilhom f’pajjiżna jiġifieri t-training grounds f’Ta’ Qali u t-Tony Bezzina Stadium f’Kordin.

U wara r-rebħa kbira ta’ 6-1 kontra Gzira United, Inter qed jippreparaw għat-tieni partita ta’ ħbiberija tat-training camp f’Malta kontra Salzburg liema partita tintlagħab illum fis-6pm fit-Tony Bezzina Stadium f’Kordin.

Fost oħrajn Simone Inzaghi indirizza s-sitwazzjoni is-sitwazzjoni tal-goalkeeper André Onana li kien eskluż mit-Tazza tad-Dinja għal nuqqas ta’ qbil mal-coach tal-Kamerun, Rigobert Song. Fi kliemu, “Tkellimt miegħu, jinsab kalm: kien hemm nuqqas ta’ ftehim li ħallas għalih. Nista’ nitkellem biss dwar kif nafu ma’ Inter, huwa player pożittiv u meta kellu jkun fuq il-bank, kien fuq il-bank, u meta kellu jilgħab, lagħab. Il-Ġimgħa jkun Appiano Gentile biex ikompli bil-ħidma tiegħu magħna.”

Issemma’ wkoll Romelu Lukaku, li jinsab ukoll fost dawk diżappuntati bit-Tazza tad-Dinja wara li l-Belġju sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi: “Tkellimt miegħu ukoll, kien ċar li kien diżappuntat, lagħab 45 minuta u kellu tliet ċansijiet, aktar milli kellhom il-Belġju fil-kumplament tal-logħba. Meta attakkant ikollu ċ-ċansijiet li jiskurja u jitlifhom, irid jibqa’ kalm.”

Meta mistoqsi fuq is-suq possibbli tat-trasferimenti ta’ Jannar huwa qal li: “Jien xortija tajba li jkoll klabb waraji li dejjem attent għal dak li qed jiġri fis-suq.”

Fl-aħħarnett, dwar ir-rimonta possibbli tal-Iscudetto, huwa qal li: “Hija xewqa u tama. Napoli għandhom vantaġġ importanti f’ras il-klassifika, iżda għad fadal ħafna logħob għal tmiem il-kampjonat u kollox jista’ jiġri. Irbaħna 10 logħbiet minn 15, iżda mhux biżżejjed … il-medja ta’ punti trid titjieb.”

Ekonomija

Sport