Wednesday, March 27, 2024

“Niċċelebra flimkien u nuru gratitudni lil dawk fil-qasam tal-agrikoltura” 

Il-Ministru Anton Refalo b’wegħda li l-Gvern se jkompli jgħid lill-ħaddiema f’dan is-settur

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Wara sentejn ta’ pandemija, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Imnarja reġgħu magħna fejn mill-bieraħ bdew l-attivitajiet folkloristiċi u se jkollhom il-quċċata tagħhom bl-attività ferm popolari fil-Buskett. Għal din il-festa Maltija tal-Imnarja fil-Buskett, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo,  faħħar ħidmet u l-bżulija tal-bdiewa u reġa’ tenn l-impenn tal-Gvern li se jkompli jkun ta’ spalla ghal dawk li jaqilghu l-ħobża ta’ kuljum minn dan is-settur. Settur li sfortunatament, fl-aħħar xhur, kemm minħabba l-pandemija tal-Covid-19, kif ukoll minħabba l-konflitt fl-Ukrajna, kienu diffiċli. 

Il-Ministru Refalo qal li bħala Ministeru se jaraw li festi jkomplu jagħtu ħajja lill-attivitajiet u festi agrikoli li ċertament iservu ta’ vetrina għall-prodott lokali. Hawnhekk huwa stieden lill-familji u lid-dilettanti kollha biex illum imorru l-Buskett “ħalli flimkien niċċelebraw din il-festa Maltija u fl-istess ħin nuru l-gratiudni tagħna lejn dawk kollha involuti fil-qasam tal-agrikoltura”.

Filwaqt li jħossu onorat li wara nuqqas ta’ sentejn ta’ din il-festa kif nafuha issa, jista’ jiċċelebraha mal-familji Maltin u Għawdxin, huwa wiegħed li l-Gvern se jkompli jkun ta’ għajnuna għall-ħaddiema f’dan is-settur.

Il-Ministru Anton Refalo rringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti fl-organizazzjoni tal-festa tal-Imnarja biex din setgħet terġa’ tkun immarkata fil-kalendarju kulturali ta’ din is-sena. 

Attivitajiet li żgur se jolqtu l-gosti ta’ kulħadd…

Il-programm tal-lum jinkludi:

  • Quddiesa fid-9.30 ta’ filgħodu fil-Katidral tal-Imdina;
  • Esebizzjoni tal-annimali;
  • Sezzjoni speċifika għal bhejjem indiġeni Maltin;
  • Ħlib tan-nagħaġ u mogħoż bil-mod tradizzjonali;
  • Dimostrazzjoni kif tqarwis tan-nagħaġ u kif issir il-ġbejna Maltija;
  • Esebizzjoni u kompetizzjoni tal-frott u l-ħaxix;
  • Wirjiet ta’ snajja’ tradizzjonali;
  • Logħob tradizzjonali Malti għat-tfal;
  • Mużika tradizzjonali;
  • Gwidi lejn il-Palazz tal-Verdala b’parata uu esebizzjoni ta’ makkinarju antik;
  • Taħditiet informattivi dwar suġġetti varji inkluż dwar folkor u agrikoltura fil-Palazz tal-Verdala;
  • Esebizzjonijiet b’informazzjoni;
  • Ikel u ħelu tradizzjonali;
  • Preżentazzjoni tal-premjijiet tal-kompetizzjonijiet kollha mill-President ta’ Malta.
Ekonomija

Sport