Tuesday, December 24, 2024

NIĊĊELEBRAW 246 SENA MILL-INDIPENDENZA TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

Aqra wkoll

Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Lulju, Chargé d’Affaires Gwendolyn “Wendy” Green tat merħba lill-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta; L-Onorevoli Prim Ministru Robert Abela; Dinjitarji Maltin; rappreżentanti diplomatiċi; u ħbieb tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’riċeviment biex jimmarka l-246 anniversarju tal-Indipendenza tal-Istati Uniti tal-Amerika.

Fid-diskors tagħha, Chargé Green irriflettiet fuq il-passat, il-preżent, u l-futur tar-
relazzjoni bilaterali bejn l-Istati Uniti u Malta. Chargé Green qalet, “L-Istati Uniti
tissieħeb mal-gvern u l-poplu ta’ Malta permezz ta’ skambji vibranti, kollaborazzjoni akkademiċi, kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, attivitajiet kummerċjali, u l-ħafna sforzi bilaterali tagħna biex nippromwovu l-innovazzjoni u l-kummerċ, l-istat tad-dritt, u l-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran.”

Chargé Green faħħret is-solidarjetà ta’ Malta u l-Istati Uniti mal-poplu tal-Ukrajna, li qed ibati waqt li jiddefendu lilhom infushom mill-invażjoni bla preċedent u fuq skala sħiħa mwettqa mir-reġim ta’ Putin.

Il-Barbarossa Winds Quintet, mill-U.S. Army Europe and Africa Band and Chorus,
esegwiet l-innijiet nazzjonali tal-Istati Uniti u ta’ Malta u ferħet lill-mistednin
b’interpretazzjonijiet live ta’ melodiji klassiċi u popolari Amerikani.

Fid-diskors tiegħu, il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, esprima apprezzament għas-suċċessi bilaterali tas-sena li għaddiet u għall-impenn tal-gvernijiet tal-Istati Uniti u ta’ Malta biex jilqgħu l-isfidi globali tal-lum. L-Eċċellenza Tiegħu George Vella ingħaqad ma’ Chargé Green, impjegati tal-Ambaxxata, u mistednin biex jiċċelebraw l-ħbiberija storika bejn l-Istati Uniti u Malta.

Ekonomija

Sport