Il-club ta’ Nice fetaħ investigazzjoni wara li nġibed filmat pornografiku fit-toilets tal-istadium.
Dan il-filmat espliċitu, li ġie mtella’ fuq l-internet, sar fid-29 ta’ Jannar waqt partita fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Lille.
Sorssi fid-direttorat dipartimentali tas-sigurtà pubblika kkonfermaw li sar ilment mill-club li huwa proprjetá tal-Britanniku Jim Ratcliff.
Dan l-ilment ingħadda lill-pulizija minħabba l-ħsara li setgħet saret għall-immaġini tal-club u li “l-istess immaġini ġew assoċjati ma’ attività pornografika”.
Skond il-filmat jidher ċar li dan iġibed waqt li kienet għaddejja il-partita.
F’inċident separat, l-ajruport ta’ Nice-Cote-d’Azur qal ukoll ressaq ilment uffiċjali dwar filmat pornografiku mill-istess mara żagħżugħa f’toilet tal-istess ajruport li huwa riservat għat-tfal.
L-ajruport qal li l-ilment tiegħu kien jikkonċerna wkoll “ħsara lill-marka tal-ajruport”.
“Għadna kif irrapportajna u għaddejna l-elementi kollha lill-pulizija ġudizzjarja. Ma rridux inħallu dan għaddej u ma rridux li jerġa’ jiġri,” qal kelliem tal-ajruport.
Filmati juru żagħżugħa tersaq lejn diversi rġiel ġewwa l-ajruport u toffri li tagħmel is-sess magħhom.