Sunday, September 14, 2025

“Niċħad li kien hemm investituri kbar … jien m’jien fil-but ta’ ħadd”- Alex Borg dwar il-kampanja elettorali

Aqra wkoll

Għadha kemm intemmet u ħadna r-riżultat tal-kampanja għall-elezzjoni tal-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Deher li kien hemm finanzjament b’saħħtu fil-kampanja ta’ Alex Borg. IT-TORĊA staqsiet lil Alex Borg dwar dan.

Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista qal lil IT-TORĊA li, “filwaqt li niċħad li kien hemm investituri kbar wara l-kampanja tiegħi, nikkonfermalek li kif wegħedt qabel il-kampanja tiegħi, fil-ġranet li ġejjin se nkun qed nippubblika rendikont finanzjarju tal-kampanja elettorali. Kif wegħedt waqt il-kampanja tiegħi għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, jien m’jien fil-but ta’ ħadd”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport