Wednesday, April 1, 2026

Nicolai Mallia jirbaħ midalja tal-bronż fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ f’Berlin

Aqra wkoll

Nicolai Mallia, li kien diġà rebaħ il-Bronż tal-EYC fit-Turkija għal mill-inqas sena, irrepeta l-istess kisba din is-sena hekk kif ġie fit-tielet post wara wirja mill-aqwa.

Mallia ġie l-ewwel fl-iskwadra tiegħu b’serje mill-isbaħ ta’ 1408 (medja ta’ 234.7) biex spiċċa fit-tielet post ġenerali wara s-6 logħbiet ta’ kwalifikazzjoni. Tobias Kastfelt Bryde kkwalifika l-ewwel, bid-Daniż jispiċċa 24 pin qabel Jaroslav Zapletal mir-Repubblika Ċeka. L-aħħar kwalifikant minn 112-il żagħżugħ kien il-Franċiż Thomas Carre Layme li t-total tiegħu ta’ 1398 kien biżżejjed biex jegħleb lil Erik Larsson mill-Iżvezja b’9 pins.

Is-semi finali bejn Mallia u Zapletal kienet missielta sal-aħħar żewġ frames hekk kif iċ-Ċek tela’ ftit pins up u Mallia ma setax inaqqas id-distakk, u spiċċa b’194 kontra l-227. Mallia rebaħ midalja tal-bronż prestiġjuża ħafna. Zapletal spiċċa rebaħ id-deheb hekk kif għeleb lil Thomas 233-200 fil-finali.

Iż-żgħażagħ Maltin l-oħra spiċċaw fit-23 post (Kayden Lagana’, medja ta’ 213), Tomas Caruso (il-66 post, medja ta’ 194) u Samuel Caruso (il-85 post, medja ta’ 186),  filwaqt li Celianne Micallef ġiet fil-52 post fis-sezzjoni tal-bniet.

Il-parteċipazzjoni f’dawn il-kampjonati kienet possibbli bl-għajnuna ta’ BeActive-SportMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport