AC Milan qed jaħsbu sabiex isaħħu nofs il-grawnd u l-iskawts tal-klabb kienu qed jaraw fl-azzjoni lil Nicolas Dominguez ta’ Bologna. Dan il-plejer għandu 25 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Arġentina.
Wara perjodu jilgħab ma’ Velez Sarsfield, Dominguez kien plejer regolari ma’ Bologna fejn lagħab b’mod regolari taħt il-kowċ Thiago Motta. Hu għad għandu kuntratt sas-sena 2024 iżda jinsab motivat li jingħaqad man-Nerazzurri.