Galatasaray ħabbru li ffirmaw b’mod uffiċjali lill-midfielder internazzjonali Taljan, Nicoló Zaniolo, mingħand Roma.
Dan il-player ta’ 23 sena xejn ma kellu staġun feliċi mal-Giallorossi u pprova jimbotta biex jingħaqad ma’ Milan. Iżda dan it-trasferiment qatt ma seħħ minħabba li ż-żewġ clubs involuti naqsu li jilħqu ftehim.
Imbagħad kien daħal għalih il-club Ingliż ta’ Bournemouth iżda Zaniolo ma riedx jingħaqad miegħu.
Iżda hekk kif Galatasaray urew interess, huwa mill-ewwel beda l-proċeduri biex imur jilgħab fil-kampjonat Tork.
Huwa ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs fejn mistenni jaqla’ salarju ta’ £3.5 miljuni fis-sena.
Galatasaray se jħalldu lil Roma €16.5 miljuni flimkien ma’ €13 miljuni f’bonuses.
Roma ppubblikaw l-istqarrija uffiċjali tagħhom li kienet tgħid: “AS Roma jistgħu jikkonfermaw li ntlaħaq ftehim ma’ Galatasaray għal Nicolo Zaniolo.”