Thursday, February 5, 2026

Nies fil-Korea ta’ Fuq inkluż tfal qed jinqatlu talli jaraw programmi tal-Korea t’Isfel bħal Squid Game u talli jisimgħu l-K-pop

Aqra wkoll

Ġie żvelat li nies fil-Korea ta’ Fuq qed jiġu maqtula fil-pubbliku talli jaraw programmi tal-Korea t’Isfel bħal Squid Game u jisimgħu l-K-pop.

Midja internazzjonali rrapurtat li anke tfal tal-iskola qed jiffaċċjaw dan kastig brutali talli jaraw u jisimgħu midja popolari. 

Ingħad dawk li rnexxielhom jaħarbu mir-reġim ta’ Kim Jong-Un, qalu li tfal żgħar qed jiġu mġiegħla jaraw eżekuzzjonijiet pubbliċi għar-“reati” bħala twissija biex ma jikkunsmawx midja barranija.

Huwa mifhum li n-nies foqra qed jiffaċċjaw l-aktar kastigi severi – iżda dawk b’konnessjonijiet u minn familji għonja ħafna drabi jirnexxilhom jikkuntraw lill-uffiċjali biex jevitaw is-sentenza tal-mewt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport