Saturday, December 21, 2024

“Nies kattivi u bla qalb … kien jgħin biex jitgawdew veduti mill-isbaħ” -Is-Sindku Dario Vella

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ma nafx għaliex hawn nies kattivi daqsekk… Ħasra li hawn min jaħli saħħtu u ħinu fuq vandaliżmu, minflok jagħti kontribut lis-soċjetà. Ma niddejjaqx ngħid li dawn huma nies kattivi u bla qalb. Bank li apparti kien b’tifkira, kien jitgawda wkoll minn ħafna nies li kienu jmorru għall-mixja fejn Torri l-Aħmar u anke jgawdu l-veduti mill-isbaħ li taf toffri biss il-Mellieħa.” Hekk kiteb b’reazzjoni għal dak li seħħ fl-aħħar sigħat fil-Mellieħa s-Sindku tal-lokalità Dario Vella b’diżappunt għar-ritratt ta’ bank tal-irħam li spiċċa f’biċċiet.

Messaġġ favur il-ħajja fil-Mellieħa jispiċċa f’biċċiet

Bank li kien rregalat lill-pubbliku minn raġel li xtaq ifakkar il-memorja ta’ martu li ħalliet din id-dinja spiċċa f’ħafna biċċiet f’dak li qed ikun maħsub li kien att vandalu.

Persuna li kienet tgħaddi ta’ spiss miż-żona fil-limiti tal-Mellieħa xerred ir-ritratt fuq il-midja soċjali u qal li l-messaġġ li kien hemm fuq il-bank kien kapaċi joħloqlok emozzjoni kull darba li taqrah; anke jekk tagħmel dan ripetutament.

Huwa temm jgħid li jekk dan huwa każ ta’ vandaliżmu dan ikun ifisser nuqqas ta’ rispett kbir lejn dan ir-raġel u lejn il-pubbliku inġenerali li sa ftit tas-sigħat ilu seta jieqaf u filwaqt li jistrieħ jammira l-veduta, jieħu l-messaġġ sabiħ li kien ħalla hemm minqux fuq dak l-istess bank.

Ekonomija

Sport