Friday, November 15, 2024

“Nifhem sew il-weġgħa tal-Madonna tad-Duluri… għandi l-isbaħ anġlu fis-sema”

Aqra wkoll

Illum il-Knisja Kattolika tfakkar il-Jum tad-Duluri, li matul dan il-jum inġibu quddiem moħħna x-xbieha tal-Madonna wieqfa taħt is-salib, li tibqa’ dejjem turi l-imħabba lejn Ġesù. 

Id-Duluri hija preżenti kuljum u f’kull sitwazzjoni f’ħajjitna u llum niftakru f’dawk il-persuni kollha li għaddejin jew għaddew minn xi tip ta’ tbatija f’ħajjithom, b’mod speċjali lil dik l-omm li tilfet il-wld fil-fjur tiegħu, dik l-omm l għaddiet mill-kalvarju tal-ħlas iżda f’idejha poġġewlha tarbija mejta, dik il-mara msawwta li għad ma sabitx il-kuraġġ li tieħu azzjoni. Bħal dawn in-nies hawn ħafna li sfortunatament tul  il-ħajja tagħhom għaddew minn xi dulur.

Mara li qasmet l-esperjenza tagħha fuq il-midja soċjali, qalet li f’dan il-jum partikolari tifhem sew x’inhi dik il-weġgħa tal-Madonna għax kienet l-istess weġgħa li ħasset meta filli kellha eċċitament kbir li daqt kien se jkollha fi ħdanha lit-tarbija tagħha iżda issa din il-mara għandha l-isbaħ anġlu fis-sema.

“Kelli eċċitament kbir li daqt tkun f’idejja, nisqik, naħslek, inbiddillek xi nappy u issa għandi l-isbaħ anġlu fis-sema. Inħoss ħafna in-nuqqas tiegħek ibni.”

“Itlob għalina minn hemm fuq u żomm idejk fuqna speċjalment fuq oħtok. Anġlu sabiħ, nibqa’ nħobbok u nsemmik sal-aħħar nofs ta’ ħajti. Sakemm nerġgħu niltaqgħu ibni.”

Ekonomija

Sport