Saturday, December 28, 2024

Nifs twil wara li nqalbet waħda mid-dgħajjes… Freccia Blu tieħu l-unuri fit-tieni jum

Aqra wkoll

L-azzjoni eċċitanti tal-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2 kompliet ilbieraħ f’San Pawl il-Baħar, f’kundizzjonijiet tat-temp perfetti għad-dgħajjes hekk kif komplew għat-tieni jum ta’ kompetizzjoni.

Filgħodu, il-Klassi Cyber ​​bdiet b’tiġrija eċċitanti, minkejja li t-tiġrija kienet inqas stretta minn dik tal-ġurnata ta’ qabel. Clive Butler ta’ Team Bad Company poġġa lilu nnifsu fuq quddiem matul it-tellieqa kollha sabiex kiseb il-bandiera tar-rebbieħ tal-ġurnata. 

Kien bidu ieħor eċċitanti għall-V2s wara nofsinhar, melta Freccia Blu ta’ Beppe Debono ħadet postha fuq quddiem b’El Diablo warajh.  Freccia Blu u El Diablo baqgħu jiġru għall-podju sas-seba’ dawra meta l-Uffiċjal tat-tellieqa tella’ l-bandiera ħamra biex waqqaf it-tellieqa minħabba li Cutting Edge ta’ Stephen Bezzina nqalbet minħabba problema teknika. Ladarba s-sigurtà tagħhom ġiet aċċertata, it-tellieqa ġiet iddikjarata kompluta minħabba li 70% tad-distanza minima tat-tellieqa kienet diġà ġiet koperta.

“F’dawk il-mumenti rari, meta dgħajsa tinqaleb, ilkoll inżommu n-nifs. B’xorti tajba s-sewwieqa kollha huma konxji bis-sħiħ mill-proċeduri tas-sigurtà u b’hekk setgħu joħorġu mingħajr ħadd iweġġa’”, spjega Aaron Ciantar, Fundatur ta’ Voomquest. “Li nkunu nafu li huma sikuri huwa ta’ serħan il-moħħ u issa nistennew bil-ħerqa għada, it-tielet u l-aħħar jum ta’ din il-partita tal-Kampjonat tad-Dinja”.

Il-Kampjonati tad-Dinja Voomquest Enemed UIM V2 jirritornaw illum il-Ħadd 24 ta’ April, bit-tlielaq V2 jibdew fis-1530hrs.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċji tal-korp governattiv dinji UIM u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Seaview Hotel, Chaudron Powerboats, Transport Malta, P&C Cauchi Demolition and Excavation, u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. 

Aktar informazzjoni dwar Voomquest tinsab fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook https://www.facebook.com/VOOMQUEST

Ekonomija

Sport