Thursday, November 14, 2024

“Nifs żgħir ħafna u insult b’mod maħsub għal dawk kollha li offrew is-servizzi tagħhom” – Adrian Delia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-pjan ta’ riġenerazzjoni mħabbar mill-gvern, Adrian Delia qal li jinsab sodisfatt li ħafna minn dak li kien pożittiv kienu proposti li ilu li għamel l-PN iżda ddispjaċut li dawn waslu nofs triq.

Delia qal li hemm nuqqas ta’ viżjoni fejn se ssir ir-riġenerazzjoni. Qal li hemm bżonn li ssir investigazzjoni fis-setturi kollha li hemm bżonn nixprunaw. Qal li l-gvern “qed jaqta’ qalbu” mit-turiżmu mingħajr inċentiva biex nikkompetu ma’ pajjiżi barranin.

Huwa rrefera għal dak li qal il-Ministru tal-Finanzi li uża t-terminu ta’ nifs u qal li huwa “nifs żgħir ħafna”.

Delia qal li inutli ngħidu li huwa perjodu sabiħ meta tara l-familji li tħallew minsijin u rrefera għall-11,000 persuna li jinsabu bla xogħol.

Finalment huwa ddeskriva dan il-pjan bħala “insult b’mod maħsub lil dawk li offrew is-servizzi tagħhom”. Qal li l-gvern ma offrielhom l-ebda tip ta’ rikonoxximent għajr iċ-ċapċip li kien kapaċi joffrilhom il-poplu Malti.

Ekonomija

Sport