Ritratti – JOE GRECH
Ix-xahar ta’ Novembru, xahar li niftakru fl-għeżież tagħna li għoġbu isejħilhom fi ġdanu l-Mulej. Illum is-Sibt 14 ta’ Novembru fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija tar-Rabat Għawdex inżamm l-appuntament annwali tat-tberik tal-qabar fejn hemm midfuna diversi pulizija. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 din is-sena ma saritx il-quddiesa li soltu issir fil-kappella ta’ l-istess ċimiterju, izda din hi ċerimonja li ssir ta’ kull sena biex tfakkar lil dawk li kienu membri fil-Korp u m’għadhomx magħna. Din is-sena għal din iċ-ċeromonja qasira fost dawk presenti kien hemm il- Kummissarju tal-Pulizja Angelo Gafà, u il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri flimkien mal-kapillan tal-pulizija għad-distrett ta’ Għawdex Mons Pawl Cardona li wara li qara’ xi talb għal ħutna mejtin sar it-tberik tpoġġew kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-Korp tal-pulizija.




