Fl-aħħar jiem kienu diversi dawk il-lokalitajiet li spiċċaw bla provvista ta’ elettriku minħabba ħsarat kaġuni minn domanda qawwija u sħana qawwija. Ma nasqux il-kummenti tan-nies li kkummentaw fut dawn l-inkonvenjenzi.
Minkejja l-kummenti ftit li xejn rajna min apprezza l-ħidma li wettqu l-ħaddiema tal-Enemalta kemm f’nofs ta’ lejl kif ukoll matul il-ġurnata f’termperaturi għoljin biex fid-djar terġa’ tasal il-provvista tal-elettriku.
Wieħed jistenna li x-xogħol u l-impenn ta’ dawn il-ħaddiema jiġu ukoll rikonoxxut mill-poplu tagħna. Wieħed jifhem l-inkonvenjent li tispiċċa bla provvista tad-dawl u f’xi każi anki mingħajr provvista ta’ ilma, imma dan m’għandux iwassal biex ninsew il-ħidma tal-ħaddiema.
Is-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel, Kevin Charles Abela, f’kumment li għamel qal li “filwaqt li ħafna minna qed ingergru (u bi raġun ) minħabba qtugħ fil-provvista tad-dawl u li b’konsegwenza spiċċajna mingħajr ħafna kumditajiet moderni, hemm bżonn li niftakru f’dawk il-ħafna ħaddiema li xorta jkollhom jibqgħu jaħdmu b’mod normali f’dawn it-temperaturi. Fosthom nsemmi ħaddiema tal-Wasterserv u ħafna u ħafna oħrajn. Sadanittant waqajna fir-redikolaġni li għax ħaddiem jxammar ftit il-qalziet tinħariġlu twissija. Istħu jekk tafu kif. Min ħareġ it-twissija probabbli li kien qiegħed fl-uffiċċju għall-frisk tal-arja kundizzjonata”.
Is-CAS ta’ Ħal Luqa talaq għal ftit ħin b’azzjoni industrijali tal-GWU. Intant ilbieraħ filgħodu iċ-Ċentru tal-Iskart Goff ta’ WasteServ ingħalaq għal ftit tal-ħin wara li l-GWU kienet kostretta tieħu azzjoni industrijali.
Il-ħaddiema li jaħdmu fiċ-Ċentri tal-Iskart Goff qegħdin jintalbu biex jilbsu qliezet twal minkejja s-sħana li qiegħda taħkem lill-pajjiżna. Ilbieraħ filgħodu tnejn mill-ħaddiema ta’ dan is-sit marru f’kantuniera u xamru ftit il-qalziet sa taħt l-irkoppa biex itaffu ftit mis-sħana. Jirriżulta li s-superjur tagħhom rahom jagħmlu dan u b’mod immedjat ħarġilhom twissija bil-miktub.
L-istess ħaddiema għamlu kuntatt ma’ Kevin Abela, Segretarju tat-Taqsim Ikel u Ospitalità tal-GWU li mill-ewwel mar fuq il-post u ordna lill-ħaddiema biex iwaqqfu l-operat u jingħalaq iċ-Ċentru sakemm jiġu rtirati t-twissijiet.
Il-maniġment ftit tal-ħin wara irtira dawn it-twissijiet u għalhekk il-GWU waqqfet l-azzjoni industrijali. F’kumment li ta s-Segretarju tat-Taqsim Kevin Abela qal li “wara t-taħdidiet li saru, il-GWU tinsab diżappuntata li l-ħaddiema xorta waħda qegħdin ikunu sfurzati jilbsu dawn il-qliezet u dan abbażi ta’ rapport intern li sar mid-Dipartiment tas-Saħħa u Sigurtà tal-WasteServ li sar biss fis-16 ta’ Lulju mingħajr ebda konsultazzjonijiet mat-taqsim.”
Is-Segretarju tal-GWU Kevin Abela jtenni li t-taqsima hija lesta għal kull diskussjoni biex tinstab soluzzjoni, iżda “fin-nuqqas ta’ qbil dwar din il-kwistjoni, mhux qiegħed jiġi eskluż li jkun hemm azzjonijiet u jkun interrot is-servizz.”