Friday, July 4, 2025

Niġerjan arrestat b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga kokaina 

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 53 sena ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara li nqabad b’madwar kilo droga suspettata kokaina moħbija fl-istonku. Huwa ġie arrestat wara li l-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali tad-Dwana u tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, wettqu spezzjonijiet fuq passiġġieri li kienu għadhom kemm waslu fuq titjira minn Brussell, tard l-Erbgħa filgħaxija. 

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, passiġġier minnhom qajjem suspett mal-uffiċjali u għaldaqstant saru testijiet b’x-ray, fejn irriżulta li kellu moħbija numru konsiderevoli ta’ kapsoli. Għaldaqstant, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li kien bela’ madwar 100 kapsola bi droga suspettata kokaina ta’ purita għolja, b’valur fit-triq ta’ madwar €300,000 .

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat għal aktar investigazzjonijiet, waqt li mistenni jitressaq ilQorti llum, għall-ħabta tas-1:00 p.m.,  quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport