Saturday, February 21, 2026

Niġerjan arrestat wara li nstabulu mat-30 pakkett b’sustanza suspettata kannabis

Aqra wkoll

Il-Korp tal-Pulizija qiegħed ikompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu fil-komunità permezz ta’ preżenza kontinwa fit-toroq u impenn dirett mal-pubbliku u tadotta politika ta’ tolleranza żero lejn kull forma ta’ abbuż u attività llegali fil-lokalitajiet.

Dan wassal biex ilbieraħ filgħaxija sar it-tielet arrest din il-ġimgħa b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess tad-droga fil-Marsa.

Kienu għall-ħabta tal-5:00 p.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien qiegħed jaġixxi b’mod suspettuż fi Ġnien Spencer u possibilment kien qiegħed ibigħ id-droga.

Ir-raġel, li huwa min-Niġer ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn ġie arrestat wara li minn tfittxijiet li saru fuqu nstabu mat-30 pakkett b’sustanza suspettata kannabis, blokka suspettata kannabis, kif ukoll bott b’sustanza suspettata raża tal-kannabis, flimkien ma’ flus kontanti.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija għal aktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

Il-messaġġ tal-Pulizija huwa wieħed ċar: dan l-abbuż mhux se jiġi tollerat. Il-Korp tal-Pulizija jħeġġeġ lill-pubbliku biex ikompli jikkopera u jirrapporta kull informazzjoni li tista’ tgħin biex il-komunità tibqa’ waħda sigura għal kulħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport