Fi tmiem il-ġimgħa, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni wettqet operazzjoni oħra b’suċċess. Dan hekk kif Niġerjan li għandu passat kriminali wara li skonta sentenzi konsekuttivi ta’ ħabs b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga u feriment ħafif ta’ Uffiċjal Korrettiv, kellu jirritorna lura pajjiżu
B’ordni ta’ ritorn, huwa ġie deportat taħt arrest minn Malta b’skorta san-Niġerja permezz ta’ titjira. Għal din l-operazzjoni, il-Pulizija kienu assistiti mis-Servizzi tad-Detenzjoni. Minbarra r- ritorn, inħarġet ordni biex din il-persuna qatt ma tista’ tirritorna lejn Malta.
Din l-operazzjoni tingħaqad ma’ diversi operazzjonijiet oħrajn li saru fl-aħħar xhur fejn il- Pulizija tal-Immigrazzjoni wettqet operazzjonijiet ta’ ritorn ta’ dawk il-persuni li m’għandhomx jibqgħu jgħixu f’pajjiżna, inkluż dawk li jkunu skontaw sentenzi ta’ priġunerija wara li nstabu ħatja mill-Qorti.
Il-Korp tal-Pulizija, b’mod speċjali t-taqsima tal-immigrazzjoni, ser jibqa’ viġilanti ma’ dawk li jwettqu atti kriminali f’Malta u jibqa’ impenjat li jwettaq operazzjonijiet simili skont l-bżonn.