Thursday, April 25, 2024

Niġerjan jgħid li ma jħobbx jaqla’ inkwiet minkejja li gidem ieħor waqt argument f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 40 sena tressaq il-qorti mixli li qata’ biċċa minn imnieħer u biċċa mix-xoffa ta’ Niġerjan ieħor waqt argument li seħħ f’residenza fi Triq il-Biċċieni f’Ħaż-Żabbar. Il-każ seħħ tard it-Tlieta filgħaxija.

L-Ispettur Darren Buhagiar qal li mal-wasla tal-Pulizija, iż-żewġt irġiel kien għadhom mqabbdin f’xulxin u li kienu l-pulizija li ntervjenew biex jifirquhom. Qal li kemm l-akkużat kif ukoll in-Niġerjan l-ieħor spiċċaw bi ġrieħi f’wiċċhom. Madankollu xehed waqt li l-akkużat kellu bżonn xi punti f’rasu u f’subgħajh il-kbir, l-ieħor kellu parti minn imnieħru u xofftu maqtugħin wara li allegatament safa migdum mill-akkużat.  Huma ngħataw l-għajnuna medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u aktar tard fl-Isptar Mater Dei.

Il-qorti ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat u ħeġġet lill-prosekuzzjoni biex lit-tieni Niġerjan biex jixhed mill-aktar fis.

Intant hekk kif il-pulizija marru biex jeskortawh ’il barra mill-awla, l-akkużat mogħxi jibki, qal lill-maġistrat li ma kienx bniedem li jħobb jaqla’ l-inkwiet. 

Sport