Sunday, July 20, 2025

Niġerjan jinżamm arrestat wara li seraq kartiera f’Santa Venera 

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 48 sena residenti l-Marsa inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq kartiera bil-flus f’Santa Venera. 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elisa Scicluna spjegat li spjegat li l-każ seħħ fit-18 ta’ Lulju ta’ din is-sena, meta l-imputat Denis Osaigbovo Eduwu allegatament seraq kartiera u flus b’valur li jammonta għal xejn inqas minn €1,500. 

Ġie spjegat li l-vittma għamel rapport fl-għassa tal-Ħamrun u spjega li l-kartiera nstabet f’sit ta’ kostruzzjoni f’Santa Venera. Min-naħa tagħha, id-Difiża mmexxija mill-avukat Francois Dalli sostniet li Eduwu kien jaħdem mal-vittma u qal li mar għand il-vittma jitlob li jitħallas għal xi xogħol li kien għamel lill-vittma. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Maġistrat Joseph Gatt li pproseda l-każ,  ordna li l-imputat jinżamm arrestat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport