Saturday, December 28, 2024

“Nikkundannaw kull aggressjoni jew theddida fuq l-integrità u s-sovranità tal-Ukrajna” – il-PM

Aqra wkoll

“Dejjem insistejna li d-djalogu u tiftix tas-soluzzjonijiet hu aħjar minn kwalunkwe kunflitt. Bħala mexxejja ewropej se niltaqgħu fi Brussell iktar tard illum. Se nibqgħu nagħtu l-appoġġ u nuru solidarjetà mal-Ukrajna. Dan filwaqt li nikkundannaw kwalunkwe aggressjoni jew theddida fuq l-integrità u s-sovranità territorjali ta’ dan l-Istat.”

Hekk qal il-Prim Ministru Robert Abela fid-dawl tal-aħħar żviluppi u l-aggressjoni fuq l-Ukrajna.

Dr Abela qal li t-tensjoni fl-Ukrajna u l-intelliġenza dwar il-possibbiltà ta’ attakk militari ilha tippersisti. Żied jgħid li x-xeni li qed naraw bħalissa huma ta’ swied ta’ qalb. 

Qal ukoll: “L-attentat ta’ invażjoni ta’ partijiet mill-lvant tal-Ukrajna u li qed jiġu rrappurtati eqreb lejn il-punent f’Kyiv, dejjem xtaqna li ma narawx bħalhom. It-triq li dejjem ħdimna fiha, jiġifieri dik tad-diplomazija biex naslu għal soluzzjoni u nissalvagwardjaw il-paċi bid-djalogu, hi r-rotta li konna u nibqgħu nippreferu.”

Aqra iktar: “Huwa l-President Putin li qed iġib il-gwerra lura lejn l-Ewropa” – Ursula von der Leyen

Ekonomija

Sport