Id-difensur ta’ Bayern Munich, Niklas Sule jinsab ħerqan li jmur jilgħab fil-Premier League fis-sajf li ġej.
Il-kuntratt tal-player ta’ 26 sena fl-Allianz Arena jiskadi fi tmiem l-istaġun, u ftit li xejn wera ħerqa għal estensjoni hekk kif qed ifittex sfida ġdida fil-karriera tiegħu.
Sule se jkun liberu li jiddiskuti t-termini ta’ ftehim ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs barranin mill-1 ta’ Jannar, u huwa se juża dik l-opportunità biex jikkunsidra l-għażliet tiegħu.
Esperjenza fil-Premier League tkun il-preferenza tiegħu, u Chelsea ġew ikkreditati b’interess fl-internazzjonali Ġermaniż.
Iċ-champions Ewropej jinsabu fis-suq għal rinforzi difensivi qabel kriżi ta’ kuntratt imminenti li tista’ tara lil Antonio Rudiger, Cesar Azpilicueta, Thiago Silva u Andreas Christensen kollha jħallu lill-klabb bi free transfers fis-sajf li ġej.
Sule ġie identifikat bħala mira possibbli biex jissostitwixxi lil kull wieħed minn dawk li jitilqu, għalkemm kwalunkwe bidla bħal din tistenna sas-sajf bi tluq kmieni f’Jannar eskluż.
Id-difensur ċentrali ingħaqad ma’ Bayern mingħand Hoffenheim fl-2017 u minn dakinhar għamel 155 dehra mal-club.