Sunday, November 10, 2024

NINDIRIZZAW IN-NUQQAS TA’ RISPETT MIT-TFAL U L-ADOLOXXENTI

Aqra wkoll

Wasal iż-żmien li nindirizzaw in-nuqqas ta’ rispett mit-tfal u l-adoloxxenti lejn l-awtorità

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed naraw in-nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità fost it-tfal u l-adoloxxenti. Nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità jista’ jidher fl-aġir tagħhom meta persuna awtorevoli tkellimhom jew tikkoreġihom. Nistgħu nibdew minn omm tistaqsi lil binha jekk lestix il-homework ta’ għada, u t-tweġiba tkun bla rispett u bil-goff. Jew inkella xi ħadd aktar minnhom jiġbdilhom l-attenzjoni u jikkoreġihom u minflok ma jisimgħu jirribellaw lura. X’jikkontribwixxi għal dan in-nuqqas ta’ rispett u kif jistgħu l-ġenituri jegħlbu dan?

Dr Aric Sigman mir-Royal Society of Medicine fir-Renju Unit reċentement ippreżenta riċerka dwar nuqqas dejjem jikber ta’ rispett għall-awtorità fost l-adolexxenti. Fid-​dokument tiegħu, “The Spoiled Generation,” Sigman juri r-​rati allarmanti taʼ dipressjoni tat-​tfal, tqala fl-​adoloxxenti, obeżità, reati vjolenti mill-​adolexxenti, u aktar. Huwa jemmen li kollha huma riżultat tan-nuqqas ta’ rispett tal-ġenerazzjoni għall-awtorità.

Trobbija permissiva

Trobbija permissiva hija marbuta ma’ imġieba ħażina wara. Waħda mir-raġunijiet ewlenin ta’ nuqqas ta’ rispett dejjem akbar lejn l-awtorità hija l-fatt li qed inħassru lil uliedna. Minn età żgħira, irrispettivament mill-klassi jew rigali materjalistiċi, it-tfal qed jiksbu aktar dak li jridu mingħand il-ġenituri tagħhom. Minħabba l-biża’ li jiksru l-awtonomija u l-iżvilupp tat-tfal jew biex jissodisfaw lil uliedhom f’kollox, forsi għax jaħsbu li jekk le jkunu qed jonqsuhom, jew jaħsbu li b’hekk ipattu għan-nuqqas ta’ ħin li jgħaddu magħhom jew forsi biex jevitaw milli jisimgħu l-qrid, il-ġenituri qed jagħtu lil uliedhom aktar libertà biex jieħdu deċiżjonijiet ħafna qabel ma jkunu kapaċi jaħsbu b’mod loġiku u mhux impulsiv.

Inqas empatija għall-oħrajn

Studju ieħor minn riċerkaturi Amerikani sab li fost 14,000 student, matul dawn l-aħħar 30 sena, kien hemm tnaqqis ta’ 40% meta raw il-livell tagħhom ta’ empatija. L-adolexxenti ma ġewx mgħallma jkunu empatiċi ma’ oħrajn, hija ġenerazzjoni ta’ “jien, jien, u jien”.

Skont artiklu wieħed, “Filwaqt li l-ġenerazzjonijiet ta’ qabel ġabu ruħhom ħażin bħala ribelljoni kontra l-awtoritajiet, parti miż-żgħażagħ tal-lum huma tant maqbuda fl-egocentre tagħhom stess li ma jeżistu l-ebda awtoritajiet f’moħħhom,” qal Sven Mørch, professur tal-psikoloġija fl-Università ta’ Kopenhagen. 

Influwenza tal-midja

Biex tgħaxxaq, il-midja kultant tpinġi l-adoloxxenti b’nuqqas ta’ rispett bħala cool, xi ħadd li għandek timita. Jekk qatt rajt “My Super Sweet Sixteen” fuq MTV, int tifhem dan kompletament. Fuq ċerti mezzi tal-midja, sfortunatament, żgħażagħ li juru diżrispett u indifferenza lejn ħaddieħor qed jiġu ppremjati u ċerti adolexxenti jħarsu lejn dan u jimitaw din l-istess imġieba.

L-indirizzar ta’ nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità

Jekk iddur dawra madwarek tara li d-diżrispett minn uħud lejn l-awtorita huwa tal-meravilji. Pjuttost tgħid li lanqas biss jafu jew ma jħossux li għandhom juru rispett u jisimgħu mill-awtorita. Bħala awtorita qed infissru ġenituri, għalliema, ħaddiema, pulizija, kleru. Naħseb anke fostna wasal iż-żmien li dan id-diżrispett jiġi indirizzat b’mod serju u bi ħsieb. Bħalma jiġu offruti programmi personalizatti għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll għajnuniet oħrajn speċjalizzati, fejn jinħass u jidher il-bżonn li jkun hemm tagħlim u terapija ffokati fuq l-imġieba fost uħud, għandu jibda jingħata. 

Permezz ta’ programmi ffukati fuq il-familja, iddisinjati unikament biex jgħinu lill-istudenti żgħar jiżviluppaw il-ħiliet biex jespandu r-reżiljenza tagħhom, se jimmaniġġjaw u jikkomunikaw l-emozzjonijiet tagħhom, u l-aktar importanti, isaħħu r-relazzjonijiet tagħhom magħhom infushom u mal-awtoritajiet madwarhom. B’hekk inkunu qegħdin ninvestu għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.

Sport