“Ma jistax ikollna strateġija effettiva għall-immigrazzjoni mingħajr l-involviment ukoll tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu flimkien ma’ miri razzjonali u ċari li jinħadmu id f’id ma’ dawn il-pajjiżi.” Din kienet dikjarazzjoni li għamel il-Prim Ministru Robert Abela fi Tripli meta indirizza t-Trans-Mediterranean Migration Forum organizzat mill-Gvern Libjan u li għalih attendew pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea u l-Afrika.
Il-Prim Ministru Malti mhux biss indirizza laqgħa bejn il-Mexxejja iżda anki l-Forum innifsu, li f’dikjarazzjoni tkellem dwar prinċipju ewlieni li titkellem dwaru b’mod konsistenti Malta, dak li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni tkun indirizzata mill-għeruq b’koperazzjoni strateġika ma’ kulħadd li tipprevjeni t-tluq ta’ immigranti mill-Afrika lejn l-Ewropa.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-indirizz tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni mill-għerq tagħha tibqa’ l-aktar importanti. Semma żewġ kategoriji ta’ immigranti, dawk li jaħarbu minn pajjiżhom minħabba kunflitti u dawk għal raġunijiet ekonomiċi. Qal li ż-żewġ tipi jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi bl-involviment tal-pajjiżi t’oriġini, ta’ tranżitu u dawk ta’ destinazzjoni.
Il-Prim Ministru Malti qal li l-amministrar tal-fruntieri hi fost miżuri importanti li tħares fl-immedjat iżda mbagħad irridu nħarsu lil hinn. Dr Abela sostna li l-appoġġ finanzjarju lejn dawn il-pajjiżi biex jiżviluppaw u joħolqu l-ġid u l-opportunitajiet għall-popli tagħhom irid isir b’mod għaqli mal-pajjiżi ta’ oriġini u l-Ewropa trid tibqa’ tara li dak l-investiment li qed tagħmel, qed tieħu lura valur minnu.
“Malta pajjiż żgħir iżda mmexxu bl-eżempju meta nitkellmu kontra t-traffikar uman”, qal il-Prim Ministru hu u jinnota realtà iebsa marbuta mal-immigrazzjoni. Mal-Mexxejja li nġabru fi Tripli, il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara wkoll b’mod b’saħħtu favur aktar koperazzjoni li trid tiġi minn pajjiżi ta’ oriġini fir-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tagħhom li jkunu nstabu li qed jgħixu illegalment fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni u li ma ħaqqhomx l-ażil. Qal li r-ripatrijazzjoni u s-sigurtà mal-fruntieri huma parti wkoll parti minn sforzi importanti li jkomplu jiġġieldu lit-traffikanti tal-bnedmin.
Fl-indirizz ta’ dan il-Forum, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka kif Malta ilha timbotta fuq livell Ewropew favur koperazzjoni strateġika bejn l-Ewropa u l-Afrika. Innota kif pajjiżi ta’ tranżitu bħal-Libja, diġà qed jagħmlu ħafna u li l-isfida tal-immigrazzjoni mhiex ta’ pajjiż wieħed imma għandha bżonn sforz kollettiv minn kulħadd. Dr Abela semma wkoll l-Valletta Summit dwar l-immigrazzjoni, li kien sar f’Malta u qal li l-prinċipji ta’ dak is-Summit għadhom relevanti sal-lum bil-bżonn aktar minn qatt qabel ta’ strateġiji li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u jnaqqsu l-aptit għall-immigrazzjoni irregolari.
Nindirizzaw l-immigrazzjoni b’mod effettiv mill-għeruq bis-sehem ta’ kulħadd
- Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza t-Trans-Mediterranean Migration Forum fi Tripli