Sunday, December 22, 2024

“Ningħaqdu mad-19 li sfiduċjaw lil Delia” – Marlene u Godfrey Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jekk qatt pajjiżna kellu bżonn oppożizzjoni b’saħħitha u ta’ min jafdaha, u bi tmexxija kredibbli huwa bħalissa”. Hekk bdiet biex tgħid Marlene Farrugia f’kitba li għamlet f’isimha u f’isem żewġha.

Farrugia kompliet tgħid li m’hemm l-ebda ħjiel ta’ fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni. Qalet ukoll li dan is-sinjal kien wieħed ċar u mill-bidu nett li u m’għandux il-kredenzjali u l-ħelsien biex jiġġieled kontra l-iżbalji tal-gvern, li qatt ma kien se jitwemmen mill-elettorat u b’hekk ma jistax jipprovdi gvern aħjar.

Hija qalet li hi u żewġha bħala deputati Parlamentari tal-Oppożizzjoni ngħaqdu mad-19 li sfiduċjawh bħala kap u stiednu lill-istess membri “kollegi” tal-partit biex imorru għand il-President minnufih biex Malta u Għawdex ikun jista’ jkollhom kap tal-oppożizzjoni ġdid.

Ekonomija

Sport