Sunday, December 22, 2024

“Ninsab bla kliem iżda fl-istess ħin kburija”

Kaya Gouder Curmi

Aqra wkoll

Kaya Gouder Curmi hi kantanta żagħżugħa b’talenti kbar għall-futur. Niftakruha mal-kantant żagħżugħ Ike waqt Malta’s Got Talent fejn anke hemm kisbet is-suċċess tagħha. Riċentement Gouder Curmi kienet barra minn xtutna eżattament fil-Belarus fejn ħadet sehem fil-festival prestiġġjuż bl-isem ta’ Slavianski Bazaar. Hi kisbet ir-rebħa overall f’festival li sar fuq żewġ serati.

Il-kriterju għal dan il-festival kien jistabilixxi wkoll li l-kantanti jkantaw kanzunetta minn pajjiżhom. Kaya l-ewwel għażlet li tkanta l-kanzunetta mill-film Titanic ta’ Celine Dion My Heart Will Go On sabiex fis-serata ta’ kanzunetta minn Malta għażlet il-kanzunetta Pure ta’ Claudia Faniello.

Kaya ġabet il-massimu tal-punti mill-ġurija, 70 punt filwaqt li fit-tieni serata hi ġabet total ta’ 69 punt, punt ‘il bogħod mill-massimu tal-punti. Dan ir-riżultat ikkontribwixxa sabiex Kaya Gouder Curmi tispiċċa fl-ewwel post f’isem Malta għall-ewwel darba fl-istorja.

Sadanittant din il-kompetizzjoni kienet waħda ta’ livell għoli speċjalment mill-kantanti maskili mill-Italja u l-Każakstan, u l-kantanta femminili mill-Użbekistan li kellhom potenzjal enormi.

Dan is-sit talab kumment qasir mingħand Gouder Curmi li dehret ferm kuntenta li waslet għal dan is-suċċess.

Kaya bdiet billi qaltilna li tinsab bla kliem wara dan is-suċċess li kisbet fil-festival Pollakk bl-isem ta’ Slavianski Bazaar.

“Bla kliem iżda fl-istess ħin kburija għal dak li għamilt għax ħdimt ħafna għalih fejn ippreparajt il-kanzunetti li kont se nkanta u fuq kollox nara li nagħti wirja tajba fuq il-palk.”

“Din hi l-ewwel darba li Malta rebħet f’dan il-festival fil-Belarus. Fil-passat kien hemm kantanti oħra Maltin li tttantaw xortihom u ħadu sehem fosthom Kurt Calleja u Janice Mangion.”

“Jien personalment kont diġa’ ksibt suċċess aktar qabel fil-Polonja fejn spiċċajt b’riżultat tajjeb overall u dan il-festival li ħadt sehem fih, kien wieħed missielet.”

Kaya qalet li hemm diversi nies li kienu ta’ ispirazzjoni għaliha tul dan iż-żmien u b’mod partikolari Evelina Batey, il-kowċ tagħha Gillian Attard u anke Muxu, Bianca u l-familja tagħha. Mingħajr l-għajnuna tagħhom kif qalet, żgur li ma kinitx tasal għal dan is-suċċess.

Finalment saqsejnieha dwar kif qed tara l-futur tagħha.

“Jien dejjem se nżomm saqajja mal-art għax għad fadalli x’nitgħallem u nkabbar aktar il-ħiliet vokali tiegħi!”

Ekonomija

Sport