Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira ħafna. Kanke emm missieri u ommi jħobbu l-futbol allura qisek mingħajr ma trid tinġibed lejh. B’hekk bdejt ta’ tliet snin u komplejt insegwi l-futbol regolarment.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Gzira United FC, fejn fost oħrajn se terga’ tkun taħt il-gwida tal-kowċ, Darren Abdilla, li diġá ħdimt miegħu ma’ Floriana FC?
Ninsab eċċitat ħafna għal din l-esperjenza ġdida ma’ Gzira United FC u grat tal- interess li urewni u għall-opportunitá u tgħinni ħafna li se nerġa’ ningħaqad mal- kowċ Darren Abdilla għaliex diġá ħdimna flimkien u kelli esperjenza tajba.
X’tikkummenta fuq l-esperjenza issa passata tiegħek ma’ Floriana FC u kemm tgħallimt minnha?
Kienet waħda pożittiva ħafna. Kont ili mat-tim tal-Floriana FC minn ta’ tliet snin peró ħassejt li personalment kelli bżonn bidla u ma kinitx deċiżjoni faċli. Tgħallimt ħafna mhux biss fil-futbol peró anke bħala uman għaliex nemmen li kbirt bħala persuna mill-esperjenza.
Kif tqis il-livell tal-futbol lokali fil-preżent?
Il-livell tal-futbol Malti matul is-snin inħoss li għola sew … sar mhux biss fiżiku imma tekniku u intensiv iktar milli qatt kien u saret diffiċli iżjed bil-livell ta’ kompetizzjoni li qed tinħoloq imma b’hekk tista’ ttejjeb il-livell tiegħek personali. L-istess bħal-livell qed isir ħafna xogħol fuq dawn l-affarijiet u nħoss li l-livell ta’ professjonalitá jissorprendi lil ċertu nies speċjalment minn aspett ta’ staff tekniku.
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent?
Inħoss li maż-żmien tjiebet ħafna peró xorta għadna lura meta tikkomparana mal- pajjiżi l-oħrajn speċjalment rigward it-taħriġ u d-dieta.
Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?
Il-futbol inħares lejh mhux biss bħala xogħol peró bħala passjoni. Irrid inkompli nistinka u nitħarreġ bis-serjetá speċjalment jekk irrid inżomm il-livell għall-Premier kif ukoll forsi fil-futur għan-Nazzjonal.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Biex ma tillimitax ruħek, iżżomm standards għoljin għalik personali, iżżomm ruħek responsabbli tal-azzjonijiet tiegħek u sabiex ma taqta’ qalbek qatt!

