Wednesday, August 20, 2025

‘Ninsab ħerqan li nagħmel parti minn dan il-proġett ma’ Dingli Swallows FC’ – Michael Theuma

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Ta’ etá żgħira kont nilgħab il-futbol barra fit-triq u oħti kienet ta’ ispirazzjoni għalija. Niftakarna nistennew il-ħin id-dar sabiex naraw l-gowls ta’ tmiem il-ġimgħa fuq it-televixin dak iż-żmien.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Dingli Swallows FC?

Ma’ Dingli hawn skwadra kompetittiva ħafna li min-naħa tiegħi se nagħmel dak kollu possibli sabiex inkunu n-naħa rebbieħa f’kull partita u għaliex le nisfidaw bis-serjetá għall-promozzjoni.

Kif qed tħarsu lejn l-istaġun li ġej?

Ninsab ħerqan li nagħmel parti minn dan il-proġett ma’ Dingli Swallows FC. President, kowċ u l-istaff kollu naħseb li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba li nkunu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika u nagħtu sfida lil kul oppożizzjoni li niltqgħu magħha.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Kirkop United FC.

Ma’ Kirkop United FC lgħabt għal hafna snin fejn kull partita kienet speċjali għalija għaliex dan hu l-klabb li miegħu bdejt nilgħab. Lgħabt ħafna partiti u tista’ tgħid għalaqt il-karriera miegħu li ma kienx għal dan l-istaġun.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Fil-passat forsi ftit li xejn avvanzajna imma fl-aħħar snin u forsi li ġejjin, kien hemm u se jkompli jkun hemm avvanzi.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-livell hu wieħed aċċettabbli f’dawn id-diviżjonijiet u nittama li ‘l quddiem ikompli jkun hemm avvanzi.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Tal-etá tiegħi kollox jidher li wara dan l-istaġun nagħlaq il-kapitlu tal-futbol bħala plejer u nkompli bil-kowċing fejn nara li nista’ navvanza fil-logħba.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Biex tagħmel karriera fil-futbol trid tara li verament tkun tħobb il-futbol u lest li tagħmel sagrifiċċju, għaliex il-ħin personali tiegħek jonqos mhux ftit. Il-futbol mhux il-logħba biss iżda l-familja li ssib fil-klabb li tkun u r-relazzjoni li tibni ma’ dawk involuti f’din il-logħba tant sabiħa!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport