Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn etá żgħira kont nuri interess lejn il-logħba tal-futbol, imbagħad kien missieri li kompla jħeġġiġni u jissapportjani biex wasalt fejn wasalt.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Sliema Wanderers FC, fejn int ukoll il-captain tat-tim.
Ovvjament, huwa ta’ unur għalija li ngħaqadt ma’ dan il-klabb li għandu storja glorjuża fil-futbol Malti.
X’tikkummenta fuq il-fatt li riċentement, ilħaqt it-tragward tassew rimarkabbli tal-400 logħba fil-Malta Premier?
Ninsab kuntent ħafna li rnexxieli nasal s’hawn … hu ta sodisfazzjon kbir. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ ghajnuna għalija f’din il-mixja.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?
Naħseb li kien wieħed pożittiv ħafna u nemmen li dan it-tim dejjem wera karattru speċjalment f’mumenti diffiċli.
U fuq il-kowċ, Paul Zammit?
Kif diġá esprimejt ruħi f’intervisti oħrajn, naħseb li l-kowċ Paul Zammit kien il-bniedem li rnexxielu jibni r-riżultat tal-lum. Dan meta tqis li żewġ staġuni ilu konna fiċ-Challenge League, u s-sena l-oħra dħalna għall-Ewropa u rbaħna l-FA Trophy, u li dis-sena reġa’ kellna staġun pożittiv, ir-riżultat jitkellem waħdu.
U fuq il-kumitat immexxi mill-president, Keith Perry?
Ħlief kliem ta’ tifħir m’għandix lejn il-president Keith Perry u l-kumitat kollu mmexxi minnu. Dawn in-nies irnexxielhom iġibu lill-klabb familja, u nemmen li din hi waħda mis-saħħiet ewlenin ta’ Sliema Wanderers.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Illum il-logħba inbidlet ħafna minn kif kont meta bdejt nilghħab jien. Ġiet logħba aktar fiżika.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Nemmen li huma tajbin, biss hemm ħafna x’irid ikompli jsir jekk nixtiequ naraw il-futbol Malti jimxi ‘l quddiem.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Emmen fik inniffsek, kun determinat u kun lest ukoll għas-sagrificcji, peró taqta’ qalbek qatt!