Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-triathlon?
Dejjem kont involut f’diversi sports, bħall-futbol, tennis, volleyball, u snooker li kont nilgħab b’mod attiv. Madankollu, għal dawn l-aħħar snien, kont primarjament iffukat fuq li nieħu ħsieb dawn l-attivitajiet. Triathlon beda meta ibni l-kbir ingħaqad ma’ TRIGOZO ghal xi snien, qable 2020 wara faqqet il Covid minħabba l-limitazzjonijiet imposti, li ma stanix nithargu fi gruppi, bdejt, nipparteċipa miegħu b’mod sinifikanti. Imbad b’naqa ta imbuttaura ta Michael Bongailas u it-taħriġ tiegħu, ilħaqt il-livell attwali ta’ involviment tiegħi.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq l-unur riċenti li ksint tat-Triatleta ts-Sena 2025 flimkien ma’ Danica Bonello Spiteri?
Ninsab tassew onorat u kburi li rbaħt l-unur tat-Triatleta tas-Sena għat-tieni darba. Dan il-premju jfisser ħafna għalija għax jirrifletti x-xogħol iebes, id-dixxiplina, u ħafna sagrifiċċji matul l-istaġun kollu. Ma kienx dejjem faċli, imma bqajt konsistenti u ffukat fuq it-titjib f’kull tellieqa. Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi għall-appoġġ kontinwu tagħhom, lill-kowċ tiegħi Richard Laidlow għall-gwida, u lil kull min emmen fija u appoġġjani matul is-sena. Dan il-kisba timmotivani aktar biex nibqa’ naħdem iebes u nimmira ogħla fl-istaġun li ġej mal-klabb il-ġdid tiegħi, Shamrock Stars.
Kif tqis il-livell tat-triathlon f’pajjiżna fil-preżent?
Sa mill-bidu tiegħi, Birkirkara St Joseph żammet b’mod konsistenti d-distinzjoni li torganizza l-aktar tiġrijiet fl-istaġun. Madankollu, bix-xoljiment riċenti tal-klabb, il-futur tal-organizzazzjoni tat-tiġrijiet għadu inċert. Barra minn hekk, il-proċeduri burokratiċi assoċjati mal-applikazzjonijiet tal-organizzazzjoni tat-tiġrijiet x’aktarx joħolqu aktar sfidi. Wieħed irid jara kif dawn il-fatturi se jkollhom impatt fuq il-ġejjieni.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom f’Għawdex?
Bdejna nużaw il-Pixxina f’Għawdex li qed tifrankalna ħafna ħin fl-ivvjaġġar milli kont qed naħli f’dawn l-aħħar snin!
Sfortunatament, m’hemm l-ebda korsa tal-ġiri disponibbli, għalhekk unika post li nuża hu il-korsa taż-żwiemel, li mhix f’kundizzjoni tajba f’xi żoni. Iċ-ċikliżmu huwa ta’ sfida wkoll minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-biċċa l-kbira tat-toroq f’Għawdex u ż-żieda fit-traffiku. Ħafna drabi nużaw it-Triq tal-Qala lejn ix-Xewkija, iżda spiss parti mit-triq ma tkunx nadifa, u jġiegħelna nirċikljaw qrib il-karozzi. Bħala riżultat, ħafna drabi nitħarreġ ġewwa.”
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fit-triathlon.
Bdejt nipparteċipa fit-triathlons tard f’ħajti, iżda b’fiduċja nista’ ngħid li qatt mhu tard wisq biex Tibda dan l-isport ta’ sodisfazzjon. It-Triathlon bidlitli ħajti għall-aħjar, billi ppromwoviet il-benessri kemm fiżiku kif ukoll ħajja aktar b’saħħti . It-tliet dixxiplini distinti – għawm, ċikliżmu u ġiri – tiżgura li t-taħriġ jibqa’ impenjattiv u kull gurnata differenti.
Inħeġġeġ lill-awtoritajiet jirrikonoxxu s-sinifikat tat-triathlon u jipprovdu infrastruttura adegwata għall-prattika tiegħu. Korsa ddedikata għall-ġiri u korsiji sikuri għaċ-ċikliżmu jkunu ta’ benefiċċju kbir kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti interessati li jsegwu dan l-isport.
Nixtieq li skoprejt it-triathlon aktar kmieni f’ħajti. Sar parti integrali mill-vjaġġ tiegħi lejn eżistenza aktar b’saħħitha u sodisfaċenti.

