“Ninsabu mnikktin ħafna bit-telfa ta’ wieħed mill-kollegi tagħna Hussain Shah li miet illum wara l-inċident traġiku tal-bieraħ. Hussein kien ċittadin Pakistani ta’ 37 sena u missier ta’ erbat itfal. Huwa ingħaqad magħna aktar kmieni din is-sena wara li ħadem għal numru ta’ snin bħala xufier tal-linja u xufier tal-linja tal-iskola fl-Emirati Għarab Magħquda.”
Kienet propju il-kumpanija Tallinja li kitbet dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Huma qalu wkoll li l-ħsibijiet u t-talb tagħhom jmorru lejn il-familja u l-ħbieb tiegħu f’dawn iż-żminijiet diffiċli.