Saturday, November 23, 2024

“Nippreferu nesportaw ikel u mhux armamenti” – il-Ministru Evarist Bartolo

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo, iddikjara li “sal-lum stess fil-Libja komplew imutu n-nies. Aħna dejjem tajna kas l-aspett umanitarju. Nippreferu nesportaw l-ikel lejn il-Libja u mhux armamenti kif jagħmlu pajjiżi oħrajn”.

Tenna li “l-Libja tintuża bħala kuridur biex persuni jaqsmu lejn l-Ewropa. Din is-sena dawn il-persuni żdiedu sew u morna nitkellmu mal-Gvern fi Tripli biex naraw x’jista’ jsir biex jitrażżnu d-dgħajjes bl-immigranti li t-traffikanti jibagħtu lejn l-Ewropa. Ġie deċiż li jkun hemm ċentru f’Malta u ċentru fi Tripli biex jikkordina l-ħidma bejn iż-żewġ naħat. Hemm ħafna aktar xi jsir għax il-Libja għandha kosta ta’ 1,700 kilometru.”

“L-aktar pajjiżi li jgħinuna fl-immigrazzjoni huma l-Ġermanja u Franza”

Intant il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li “l-aktar pajjiżi li jgħinuna fl-immigrazzjoni huma l-Ġermanja u Franza. Fl-aħħar snin waslu f’pajjiżna xejn inqas minn 22,000 persuna u sħabna fl-Unjoni Ewropea ħadulna biss 1,700 persuna”.

Sport