Minn Kayne Said, Maniġer għal Komunikazzjoni – Fondazzjoni Logħob Responsabbli – [email protected]
Ir-Rapport ta’ sena ħidma għall-2023 ġie ppubblikat dan l-aħħar, fejn jintwera x-xogħol intens li sar biex jiġu promossi logħob responsabbli u sapport lil dawk affettwati minn problemi relatati mal-logħob tal-azzard eċċessiv. Ir-rapport jenfasizza inizjattivi edukattivi, servizzi ta’ sapport u kampanji ta’ għarfien pubbliku mmirati biex jimminimizzaw ir-riskji tal-logħob eċċessiv.
Matul is-sena li għaddiet, il-Fondazzjoni żiedet l-isforzi biex toħloq ambjent sikur għal-logħob u appoġġ għal familji affettwati.
Barra minn hekk, il-Fondazzjoni ħadmet mill-qrib ma’ partijiet interessati biex tippromwovi l-aqwa prattiċi f’dan is-settur. Ir-rapport jenfasizza wkoll id-dedikazzjoni lejn aktar trasparenza u kontabilità fil-qasam tal-logħob f’Malta, biex titjieb il-ħarsien tas-soċjetà minn danni relatati. Nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjaw lit-tim kollu għall-ħidma kostanti tagħhom.
Ir-Rapport jista’ jitniżżel mis-sit www.rgf.org.mt.
www.rgf.org.mt