Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanaza Byron Camilleri kkonferma li jinsab infurmat li fl-aħħar ħin żviluppaw nirien f’container fil-Port Ħieles.
Huwa żied jgħid li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qegħdin fuq il-post, flimkien ma’ entitajiet oħra fl-oqsma tas-Sigurtà.
Intant fi stqarrija maħruġa minnu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma li bħalissa għaddejja ħidma ta’ tifi tan-nar ġewwa l-Port Ħieles f’Birżebbuġa.
Għaldaqstant qed jiġi rrakkomandat sabiex, bħala prekawzjoni, persuni li jgħixu f’din il-lokalità, partikolarment in-naħat ta’ Tal-Papa, Bengħajsa, u l-inħawi tal-madwar, iżommu t-twieqi magħluqin u kemm jista’ jkun jevitaw li joqogħdu barra.