Residenti f’lukanda f’Tas-Sliema ġew evakwati wara nirien li qabdu matul dan il-lejl. Dan is-sit jinsab infurmat li l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin t’ filgħodu f’llukanda li tinsab fi Triq Tony Nicholl.
Jirriżulta li b’kollox kienu 22 ir-residenti li ngħataw kura fuq il-post. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, fosthom 3 tobba, 6 infermieri u 8 uffiċjali oħra biex jagħtu l-għajnuna.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ u kura damet għaddejja madwar 3 sigħat. Fuq il-post issejħu wkoll uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u l-Pulizija.