Jidher li se jkun lejl iebes għall-ħaddiema tal-forzi tal-ordni u dan hekk kif ftit tal-ħin ilu residenza fi Triq San Mikiel fil-Marsa nħakmet minn nirien.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien minnufih fuq il-post biex jassisti persuna li belgħat xi dħaħen u mhux eskluż li tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika.
Intant fuq il-post hemm numru ta’ pumpera li għaddejjin b’ħidma, anke minħabba li skont l-ewwel informazzjoni jidher li hemm xi qtates jgħixu fl-istess residenza.
Aktar informazzjoni kif taslilna…