Tuesday, May 27, 2025

Nirien jeqirdu dar storika f’żona lussuża f’Londra

… Il-proprjetà kienet għaddejja minn xogħol ta’ rinnovazzjoni

Aqra wkoll

Ir-rinnovazzjoni ta’ djar storiċi huma investiment ta’ wirt nazzjonali u proprju f’Londra ntlifet waħda mill-aktar djar antiki f’żona lussuża. Dan wara li l-proprjetà inkwistjoni nħakmet minn nirien devastanti kmieni t-Tnejn filgħodu.
Id-dar antika taż-żmien Gregorjan fit-Triq Hadley Green, f’Barnet, kienet għaddejja minn xogħol ta’ rinnovazzjoni għal dawn l-aħħar 18-il xahar u hija rrapportata li sofriet ħsarat estensivi kawża tan-nirien li kienu kkontrollati ftit tas-sigħat wara.

Ix-xogħol li kien qiegħed isir fiha kien proġett biex din il-proprjetà tiġi kkonvertita f’dar residenzjali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport