Għall-ħabta tal-10.00a.m. l-Protezzjoni Ċivili ġew informati li crapyard li tinsab fit-telgħa ta’ Triq Garibaldi, fil-Qasam Industrijali tal-Marsa kienet maħkuma minn nirien kbar.
Din mhux l-ewwel darba li l-istess żona nħakmet min-nirien.
Dan wassal biex ħaddiema mill-kumpanija KPH Feed Mill, li tinsab biswitha, ġew evakwati bħala prekawzjoni. Dan is-sit jisnab infurmat li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-aċċident.
F’avviż li ħareġ id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivil intqal li ż-żoni tal-madwar fosthom Raħal Ġdid u Ħal Tarxien għandhom jiġu evitati u r-residenti għandhom iżommu t-twieqi kollha tad-dar magħluqin.

