Monday, June 16, 2025

Nirien kbar jaħkmu skyscraper ta’ 67 sular f’Dubai

Aqra wkoll

Eluf ta’ persuni kellhom jiġu evakwati wara li nhar il-Ġimgħa li għadda, bini għoli ta’ 67 sular sar ħuġġieġa kbira f’Dubai. L-iskyscraper “Marina Pinnacle” inbela’ minn nirien fid-9.30 ta’ bil-lejl u l-pumpieri damu jissieltu miegħu għal sitt siegħat sħaħ.

Mill-bogħod kien viżibbli duħħan qawwi.
Dan il-bini jinsab fil-qalba ta’ Dubai fiż-żona lussuża tal-marina. Fih joqogħdu 3,820 persuna mqassma f’764 appartamenti.

Skont l-uffiċċju tal-midja ta’ Dubai (DMO), kulħadd kien evakwat fil-ħin u ħadd ma weġġa’.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport