Sunday, May 5, 2024

Nirien kontrollati f’boatyard fil-limiti tar-Rabat

Aqra wkoll

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija ntalbu jassistu wara li ġew irrapportati xi nirien f’boatyard fiż-żona magħrufa bħala Ħofret ir-Rizz, fl-inħawi ta’ bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli. Il-Pulizija kienu infurmati bil-każ għall-ħabta tat-3.30 p.m.

Fil-Post marru minnufih numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, ambulanza u tim mediku, iżda fortunatament in-nirien ma kinux infirxu daqstant.

Jidher li n-nirien ġew kontrollati fi ftit ħin filwaqt li l-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport