Tuesday, September 24, 2024

‘Nirringrazzja lil Gzira United ta’ din l-isfida li offrewli’ – Joseph Minala

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Trasferiment ewlieni fil-futbol lokali fil-jiem li għaddew kien dak ta’ Joseph Minala li ngħaqad ma’ Gzira United mingħand il-ġirien Sliema Wanderers. Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Minala nnifsu li tana iktar dettalji:

“Ma’ Sliema Wanderers kont kuntent u nirringrazzja lill-istaff kollu, lill-klabb, lill-plejers u lill-partitarji. Kellna sena meraviljuża u nawguralhom future sabiħ. Nirringrazzja lil Gzira United ta’ din l-isfida li offrewli fejn iridu jirritornaw jikkompetu għal għanijiet differenti minn dawk tal-istaġun li għadda u kien stimolu li xtaqt.”

“Inħobb il-fatt li l-esperjenza tiegħi kemm ġewwa kif ukoll barra mill-grawnd tgħin lill-futbol Malti jikber u jien iktar kburi b’dan u nirringrazzja lil Alla tal-opportunitajiet kollha li toffrili l-ħajja.”

Sport