It-team nazzjonali tan-nisa ta’ Malta U-19 se jivvjaġġa lejn l-Irlanda ta’ Fuq għar-round 2 ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa Taħt id-19-il sena tal-2022 kontra l- Azerbaijan, il-Faroe Islands u l-Irlanda ta’ Fuq li se tospita l-mini-tournament.
Immexxija minn Frank Schembri, l-Under-19 se jibdew lill-impenji tagħhom kontra l-ospiti l-Irlanda ta’ Fuq għada l-Erbgħa, bit-tieni partita nhar is-Sibt li ġej kontra l-Azerbaijan. It-tfajliet tagħna se jiltaqgħu mal-Faroe Islands fl-aħħar partita tagħhom nhar it-Tlieta li ġej.
Għal dan ir-round ta’ kwalifikazzjoni, il-coach Schembri, li se jkun assistit minn Mandy Debono, żamm ħafna players li dehru fl-ewwel round tal-kwalifikazzjoni f’Ottubru u l-partita ta’ ħbiberija doppja kontra Ċipru fi Frar li għadda.
Dawn jinkludu l-players ibbażati fl-Ingilterra, Alexandra Gatt, li tinsab fuq il-kotba tat-team tar-raba’ livell, London Seaward, u Emma Ciantar li tilgħab mat-team tat-tielet livell ta’ Middlesbrough.
Barra minn hekk, hemm ukoll il-player ta’ Hellas Verona Women, Kailey Willis, li skorjat disa’ goals fi 12-il logħba tal-kampjonat taż-żgħażagħ dan l-istaġun.
Schembri sejjaħ sitt players minn Birkirkara, fosthom Veronique Mifsud, li qed tillidja l-lista tal-aqwa skorers tan-Nisa Under 19, b’24 goal, ħames players minn Raiders Lija, Swieqi United għandhom erba’ players filwaqt li San Gwann u Kirkop United għandhom player wieħed kull wieħed imsejħa fl-iskwadra.
L-iskwadra kollha ta’ Frank Schembri hija:
Goalkeepers: Raisa Costantino (Kirkop U.), Giulia D’Antuono (Raiders Lija).
Difensuri: Izabella Camilleri, Mariah Cardona, Martina Fenech (Birkirkara), Tammy Falzon, Eunice Micallef (Swieqi U.), Georgiana Mifsud (Raiders Lija), Alexandra Gatt (London Seaward, Ingilterra).
Midfielders: Sabrin Blihi, Maya Lucia (Raiders Lija), Michaela Cachia (Swieqi U.), Martina Cortis, Ileana Farrugia, Veronique Mifsud (Birkirkara), Yulya Carella (San Ġwann), Emma Ciantar (Middlesbrrough, Ingilterra).
Attakkanti: Iulia Mifsud (Swieqi U.), Sarah Vella Barbieri (Raiders Lija), Kailey Willis (Hellas Verona, Italja).
PROGRAMM KOLLU
L-Ewwel Ġurnata – Għada, 6 ta’ April
15.00 pm – Faroe Islands v Azerbaijan – Inver Park (Larne)
20.30 pm – Irlanda ta’ Fuq v MALTA – Inver Park (Larne)
It-Tieni Ġurnata – is-Sibt, 9 ta’ April
15.00 pm – Ażerbaijan v MALTA – Inver Park (Larne
20.30 pm – Irlanda ta’ Fuq v Faroe Islands – Inver Park (Larne)
It-Tielet Ġurnata – it-Tlieta, 12 ta’ April
15.00 pm – Ażerbaijan v Irlanda ta’ Fuq – Inver Park (Larne)
15.00 pm – MALTA v Faroe Islands – Seaview (Belfast)