Saturday, March 7, 2026

Nisa Laburisti b’politika mfassla min-nisa għan-nisa

Aqra wkoll

Nisa Laburisti mmarkaw kapitlu ġdid permezz ta’ dehra ġdida għal din il-fergħa tal-Partit Laburista filwaqt li ddiskutew diversi temi dwar il-futur tan-nisa f’pajjiżna, b’numru ta’ proposti biex jiġu diskussi fi ħdan il-Partit.

F’attività mtella’ minn Nisa Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bl-isem ta’ ‘Manifest Her’ ġew diskussi temi bħall-edukazzjoni, il-finanzi, is-saħħa u anki l-ġustizzja mil-lenti tan-nisa. 

L-għan tal-attività kien li n-nisa li pparteċipaw b’mod attiv fid-diskussjoni jkollhom iċ-ċans li jressqu proposti u suġġerimenti konkreti li eventwalment se jiġu ppreżentati lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela.

L-attività kienet imsejsa fuq il-prinċipju ta’ politika min-nisa għan-nisa ispirata mill-esperjenzi reali u diretti taghhom.

F’diskors mill-Eks Kummissarju Ewropew Helena Dalli sostniet li għandna ninnormalizzaw in-nisa fil-poter għaliex xi darba l-ugwaljanza nnifisha kienet meqjusa radikali. Għaldaqstant saħqet li manifest għandu jkun mibni min-nisa madwar mejda fi djalogu bħala metodu ta’ politika li taħdem u twassal għal riżultati.

Il-President ta’ Nisa Laburisti Nikita Alamango ppreżentat id-dehra l-ġdida lill-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista li stqarret li dan il-kapitlu l-ġdid jirrappreżenta tiġdid fi ħdan il-fergħa bħala l-eżerċizzju naturali li jagħmel il-kumplament tal-Partit Laburista u l-fergħat fi ħdanu. Spjegat li ir-rwol tan-nisa fi ħdan il-Partit Laburista jmur lil hinn minn sempliċiment fergħa imma jagħti kontribut fit-tfassil tal-politika. 

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba li qal li permezz tad-dehra l-ġdida tirrifletti sens ta’ attiviżmu mġedded fi ħdan il-Partit Laburista u sostna li l-istess organizzazzjoni hija l-fergħa adattata u kapaċi li jkollha konversazzjonijiet li jitqiesu diffiċli għas-soċjetà.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras emfasizza li dak li jgħaqqadna huwa t-twemmin ta’ soċjetà ġusta u soċjetà ġusta ma teżistix jekk ma nindirizzawx il-privileġġi u l-inugwaljanzi. Temm jgħid li l-Partit Laburista dejjem għandu missjoni kontinwa li teħtieġ kuraġġ, determinazzjoni u konsistenza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport