Wednesday, October 22, 2025

Nisa: Manuela Tesse ssejjaħ l-iskwadra proviżorja għal-logħbiet kontra l-Belarus

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tan-Nisa, Manuela Tesse, ħabbret l-iskwadra proviżorja qabel iż-żewġ  logħbiet ta’ ħbiberija internazzjo­nali kontra Belarus, bħala parti mit-tħejjijiet kontinwi għall-fażi tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew li se jsir is-sena d-dieħla.

Il-partita se jintlagħbu fis-Centenary Stadium, nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-7.00 pm  u  nhar it-Tlieta, 28 ta’ dan ix-xahar, fis-7.00 pm.

Dawn il-logħbiet ta’ ħbiberija jimmarkaw pass ieħor importanti fil-preparazzjoni ta’ Malta għal-logħbiet tal-Kwalifikazzjoni Ewropea tal-2026, fejn it-team nazzjonali se jerġa’ jikkompeti f’League B, wara li kiseb il-promozzjoni aktar kmieni din is-sena.

It-tlugħ tal-poloz għal dan il-kampjonat se jsir f’Novembru, u dawn il-logħbiet se jkunu opportunità siewja għall-istaff tekniku biex jevalwa l-players u jtejjeb l-approċċ tattiku għal din il-kompetizzjoni. .

Il-coach Tesse għażlet skwadra bilanċjata li tgħaqqad l-esperjenza mal-ġenerazzjoni żagħżugħa, biex tiżgura kontinwità fit-team li kiseb din il-promozzjoni.

Il-logħbiet li ġejjin se jservu bħala pjattaforma biex jissaħħu s-sinerġiji fit-team, jiġi valutat il-livell tal-players, u jkompli tinbena l-momentum għal dawn il-logħbiet kompetittivi.

L-iskwadra proviżorja hija:

Goalkeepers: Maya Cachia (Hibernians), Giulia D’Antuono, Patricia Ebejer (Mgarr U.)

Difensuri: Rebecca Bajada, Leanne Cefai  (Mgarr U.), Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, Ingilterra), Mariah Cardona, Stephania Farrugia (Birkirkara), Jessica Dimech, Georgiana Mifsud (Hibernians), Alex­andra Gatt (Hull City Ladies, Ingilterra), Oceane Grange (SV Zulte Waregem, Belġju), Emma Lipman (Genoa FC, Italja), Maya Lucia (Apollon Ladies FC, Ċipru), Valentina Rapa, Emma Xuereb, Tammy Falzon (Swieqi U.),

Midfielders: Jana Barbara (VfR Warbeyen, Ġermanja), Michaela Cachia, Sarah Urpani, Shona Zammit  (Swieqi U.), Rachel Cuschieri (Genoa, Italja), Amber Grech (Mgarr U.), Nicole Sciberras (Hibernians),  Gabriella Zahra (Birkirkara),

Attakkanti: Leah Ayres (Hibernians), Haley Bugeja (Inter, Italja), Yulya Carella (Mgarr U.), Maria Farrugia (Bristol C., Ingilterra), Kailey Willis (Brescia Calcio Femminile, Italja)

Iż-żewġ partiti se jkunu mxandra b’mod dirett fuq TVM Sport+.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport