Sunday, December 29, 2024

Nisa: Manuela Tesse tnaqqas l-iskwadra għal 22 player qabel il-partiti kontra Andorra

Aqra wkoll

L-iskwadra nazzjonali tan-nisa ġiet imnaqqsa għal 22 player qabel iż-żewġ konfronti kontra Andorra. Manuela Tesse għamlet l-għażla finali l-Erbgħa wara li evalwat il-players għad-dispożizzjoni tagħha. L-ewwel konfront ta’ Malta kontra Andorra se tkun partita f’darna nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru, (fit-8.00pm) fis-Centenary Stadium. biljetti għal din il-logħba jistgħu jinxtraw onlajn mis-sit elettroniku tal-MFA.

It-tim imbagħad jitlaq lejn Andorra nhar is-Sibt, bil-partita barra minn darna hija stabbilita għat-Tlieta, 31 ta’ Ottubru. Il-logħba barra minn darna tintlagħab fl-Estadi Comunal d’ Andorra La Vella, u tibda fis-7.00pm.

Skwadra Finali

Goalkeeper: Patricia Ebejer (Mgarr United), Janice Xuereb (Birkirkara)

Difensuri:  Mariah Cardona (Birkirkara), Jessica Lee Dimech (Swieqi United), Stephania Farrugia (Birkirkara), Emma Lipman (FC Como Women – ITA), Valentina Rapa (Birkirkara), Ann-Marie Said (Birkirkara), Emma Xuereb (Swieqi United), Charlene Zammit (Birkirkara)

Midfielder: Brenda Borg (Mgarr United), Rachel Cuschieri (UC Sampdoria Women – ITA), Veronique Mifsud (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians), Dorianne Theuma (Swieqi United), Shona Zammit (Swieqi United)

Attakkanti: Leah Alice Ayres (Hibernians), Haley Bugeja (Inter Women – ITA), Ylenia Carabott (London Seaward FC – ENG), Maria Farrugia (Lewes LFC – ENG), Alishia Sultana (Birkirkara), Kailey Willis (As Meran Women – ITA)

Ekonomija

Sport