Id-Deputat Prim Ministru Fearne aktar kmieni llum ħabbar li b’mod immedjat, fl-Isptar Mater Dei f’każ ta’ nisa li huma pożittivi għall-COVID-19 waqt il-proċess tal-ħlas, kemm b’mod naturali kif ukoll b’ċesarja, se jitħallew ikunu akkumpanjati minn persuna waqt it-twelid.
Dan filwaqt li fil-każ li s-sieħeb tal-omm ikun/ tkun fi kwarantina mandatorja se jitħallew jakkumpanjaw l-omm waqt il-proċess tal-ħlas ukoll, kemm-il darba ma jkollhomx sintomi tal-COVID-19. Dan se jkun possibbli permezz ta’ protokolli stretti u bil-permess tal-awtoritajiet tas-saħħa li jinkiseb permezz ta’ email fuq [email protected].